Għalfejn nagħmlu dan

Why we do it (© Shutterstock)

L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-libertà. Din mhijiex biss xi frażi astratta użata ħafna, dan huwa prinċipju li jiddetermina l-ħajja tagħna ta’ kuljum. Il-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni jagħtina l-opportunitajiet li neħtieġu biex nimxu ’l quddiem - ekonomikament, soċjalment u personalment. Sabiex jiġi salvagwardjat dan il-prinċipju, żewġ pilastri oħra tal-UE għandhom l-istess importanza: is-sigurtà u l- ġustizzja. Ma nistgħux inħallu lill-kriminali jieħdu vantaġġ mil-libertajiet tagħna. Peress li l-kriminalità ma tagħtix każ il-fruntieri, jenħtieġ li l-Ewropa tiġġieled il-kriminalità b’mod transkonfinali wkoll.

Din hija r-raġuni għalfejn teżisti l-Eurojust. L-Aġenzija tiġbor flimkien prosekuturi u mħallfin minn madwar l-UE kollha, u saħansitra lil hinn minnha, biex jiġu indirizzati b’mod effettiv il-forom kollha ta’ kriminalità serja transkonfinali. Permezz tal-għarfien espert u l-appoġġ tal-Eurojust, l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali jsiru stejjer ta’ suċċess internazzjonali.

Il-ħarsien taċ-ċittadini Ewropej jinsab fil-qalba tal-missjoni tal-Eurojust. Flimkien mal-Istati Membri u network estensiv ta’ sħab internazzjonali, l-Aġenzija għandha rwol ewlieni biex tagħmel l-Ewropa aktar sikura. Għax il-kriminalità għandha tiġi kkastigata. Għax il-profitti illeċiti għandhom jiġu kkonfiskati. Għax il-vittmi jixirqilhom jiġu kkompensati. Din hija #JusticeDone – u dan huwa lejn xiex qed taħdem kuljum l-Eurojust.

Highlights of the 2020 Annual Report [EN]